“Għalfejn Qed Inxerrdu L-Gideb?” – Missier Guilherme Jiddefendi L-Iskola Primarja Tal-Imsida U Jitlob Li Jiġu Vverifikati L-Fatti

F’messaġġ li jolqot il-qalb, missier Guilherme tkellem f’isem ibnu biex jiddefendi l-Iskola Primarja tal-Imsida, wara diskussjoni li qajmet diversi mistoqsijiet dwar l-iskola.

Fil-filmat, huwa saħaq li s-slaleb fl-iskola dejjem kienu hemm u għadhom hemm, filwaqt li ċċara wkoll li ħadd mhu pprojbit milli jieħu l-perżut jew il-laħam miegħu. Fil-fatt, spjega li Guilherme stess jieħu l-laħam kuljum għax huwa dak li jiekol.

Għaldaqstant, l-aktar parti li tmiss il-qalb hija meta jitkellem dwar l-inklużjoni li sab ibnu f’din l-iskola. Guilherme jgħix b’marda rari u għandu diversi diffikultajiet, iżda skont missieru, l-iskola ma ratx id-diżabilità tiegħu, iżda rat lilu bħala persuna. “F’din l-iskola hemm ħafna mħabba u inklużjoni,” sostna, filwaqt li staqsa għaliex għandna nxerrdu l-gideb u nkissru bil-kliem dak li oħrajn jibnu bl-imħabba.

Huwa appella wkoll lill-programm Popolin biex jorganizza diskussjoni oħra, jivverifika l-fatti u jagħtih l-opportunità jitla’ jitkellem u jirrakkonta l-istorja ta’ ibnu.

Fl-aħħar, irringrazzja lit-tim kollu tal-iskola talli taw lil Guilherme post fejn iħossu aċċettat, fejn jista’ jkun hu stess u jiġi apprezzat għal dak li hu.

Ritratt:

Facebook/Guilherme’s Journey of Hope II

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI