Aħbar ta’ niket li ħalliet warajha sens ta’ diqa fost dawk li kienu jafuh u dawk li tul is-snin semgħu leħnu fuq ir-radju waslet fid-dar ta' Eddie Darmanin, xandar veteran ta’ Radju Malta, li ħalla din id-dinja llejla fl-età ta’ 88 sena.
L-aħbar tal-mewt tiegħu tħabbret minn Maria La Barokka, li qasmet il-messaġġ tagħha ta’ tislima u esprimiet il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Eddie kien wieħed minn dawk l-ismijiet marbuta mal-istorja tax-xandir f’pajjiżna. Għal ħafna, il-vuċijiet li nisimgħu fuq ir-radju jsiru parti mir-rutina ta’ kuljum, kumpanija waqt is-sewqan, ix-xogħol jew mumenti ta’ mistrieħ.
F’dan il-mument ta’ niket, minn qalbna nwasslu l-kondoljanzi lill-familja, lill-qraba u lil dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jafuh.
Facebook/Maria La Barokka Muscat