Hemm messaġġi, li għalkemm jeħtieġu ftit kliem, ikun fihom dinja sħiħa ta’ mħabba. Hekk kien il-kliem li qasam ix-xandar Dorian Cassar f’jum tassew speċjali għalih, dak ta’ għeluq snin ir-raġel tiegħu, Paul.
F’messaġġ mimli emozzjoni u affezzjoni, Dorian awguralu minn qalbu, filwaqt li ddeskrivieh bħala l-bniedem li miegħu jesperjenza kull emozzjoni u jgħix kull sentiment. Kliem sempliċi iżda b’tifsira profonda, li juri kemm hi speċjali r-rabta ta’ bejniethom. Dorian kompla jesprimi kemm hu grat li għażel lil Paul bħala l-persuna li magħha jrid jaqsam ħajtu kollha.
M’hemmx għalfejn diskorsi twal biex turi kemm persuna tfisser għalik. Kultant, ftit sentenzi mill-qalb jgħidu kollox! Fil-fatt hu temm il-messaġġ hekk: "Xewqat sbieħ lill-bniedem li għażilt biex inqatta' ħajti miegħu."
Minn qalbna nawguraw lil Paul l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu, b’ħafna aktar snin ta’ mħabba, ferħ u memorji sbieħ flimkien!
Facebook/Dorian Cassar