Katya DeGiovanni qasmet messaġġ mill-qalb b’tifkira tal-kuġin tagħha Karl Chircop, eks Membru Parlamentari li ħalliena snin ilu. Li kieku għadu magħna kien se jiċċelebra għeluq il-61 sena tiegħu.
"Illum lejliet il-birthday tiegħek Karl. Għadna nimmissjawk sal-lum," kitbet Katya fil-messaġġ emozzjonanti tagħha. Hija fakkret li Karl ħalla din id-dinja 18-il sena ilu. "Kieku għadek magħna għalaqt 61 sena. Il-Mulej riedek 18-il sena ilu," kompliet tikteb.
Minkejja li għaddew tant snin mit-telfa tiegħu, jidher ċar li l-memorja ta’ Karl għadha ħajja fost dawk li kienu jafuh u jħobbuh. Katya temmet id-dedikazzjoni tagħha b’talba speċjali lill-kuġin tagħha, "Ibqa’ ħu ħsiebna dejjem u itlob għalina. Happy Birthday fis-sema, għażiż kuġin."
Messaġġ li jfakkarna li jgħaddu kemm jgħaddu snin, ċerti persuni jibqgħu jgħixu fil-qlub u fil-memorji tal-għeżież tagħhom. Mir-reazzjoni fuq il-midja soċjali, wieħed jirrealizza kemm Karl kien maħbub u rispettat.
Facebook / Katya DeGiovanni