Gino Lombardi qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat lil martu fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha, fejn fi ftit kliem irnexxielu jesprimi l-imħabba u l-apprezzament kbir li għandu lejha. "Illum dil-mara li tant inħobb u li tant tagħmel għalija, tagħlaq sninha," kiteb Lombardi fuq il-midja soċjali.
Ma’ dan il-messaġġ, huwa wasslilha wkoll l-isbaħ xewqat tiegħu f’din il-ġurnata speċjali. "Nawguralek kulma tixtieq qalbek, Carm," temm jgħid. Messaġġ sempliċi iżda mimli sentiment, li juri kemm hi għandha post speċjali f’qalbu u kemm japprezza dak kollu li tagħmel għalih.
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha u nittamaw li jkollha sena mimlija ferħ, saħħa u ħafna mħabba.
Facebook / Gino Lombardi