Il-kunsillier lokali Furjaniż u preżentatur James Aaron Ellul qasam messaġġ mill-qalb iddedikat lil missieru fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. "Awguri papà llum f’għeluq sninek," kiteb Ellul, filwaqt li rringrazzjah għal dak kollu li għamel u għadu jagħmel għall-familja.
"Napprezzaw dak kollu li tajtna u li tagħmel magħna. Inħobbuk pa, nann!" temm jgħid. Messaġġ qasir iżda mimli mħabba u apprezzament lejn persuna tant għażiża għalih u għall-familja kollha. Ma' dan il-kliem, James qasam ritratt ma' ibnu, li żgur hu l-mimmi t'għajnejn missieru.
F'isem it-tim ta' Gwida nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u paċi f'qalbu!
Facebook / James Aaron Ellul