Ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision fl-2025 Miriana Conte ngħaqdet mal-artist żagħżugħ Mychael Bartolo Chircop li rajnieh jikseb it-tielet post fil-Malta Eurovision tal-2026 għal kollaborazzjoni ġdida bl-isem What The Helena?, li ħarġet uffiċjalment illum, 7 ta’ Awwissu.
Il-kanzunetta kienet disponibbli fuq il-pjattaformi tal-istreaming f’nofsillejl, u ż-żewġ artisti għażlu mod partikolari biex jippreżentawha lill-pubbliku. Mal-ħruġ tagħha, Miriana u Mychael dehru f’poster ispirat minn ritratt ta’ arrest, fejn it-tnejn qed iżommu tabella bil-kliem 'Caught in a Helenationship.'
What The Helena? tgħaqqad l-istili distintivi taż-żewġ kantanti fi produzzjoni enerġetika u mexxejja, filwaqt li turi aspett differenti tal-karrieri tagħhom. Il-kanzunetta hija xogħol iż-żewġ artisti flimkien ma' Matthew Muxu Mercieca u Peter Borg.
Miriana Conte kompliet tibni fuq is-suċċess u l-esperjenza li kisbet fix-xena mużikali Maltija u internazzjonali, filwaqt li Mychael Bartolo Chircop qed ikompli jagħmel isem għalih bħala wieħed mill-artisti żgħażagħ emerġenti fix-xena lokali. Din il-kollaborazzjoni tlaqqa’ flimkien żewġ artisti minn stadji differenti tal-karriera tagħhom, iżda b’enerġija mill-aqwa!
Facebook / Mychael Bartolo Chircop