“Għadni Ma Nistax Nemmen Li Jien, Lisa, Irnexxieli Nikseb Il-Ħolma Tiegħi” – Lisa Gauci

Il-kantanta Lisa Gauci kitbet fuq il-mezzi soċjali tagħha dwar l-emozzjonijiet li qed tħoss f’qalbha wara r-rebħa straordinarja tagħha fil-ħames staġun ta’ X Factor Malta.

Hi kitbet, “Għadni qed nipprova nipproċessa dak kollu li ġara ilbieraħ. Għadni ma nistax nemmen li jien, Lisa, irnexxieli nikseb il-ħolma tiegħi. Ili naħdem għal dan il-mument erbatax-il sena. Grata ħafna għal kollox li seħħ u kulħadd li kien involut f’din l-esperjenza.  Grazzi lilkom li emmintu fijja u ivvotajtuli, li rajtu il-ħidma u x-xogħol li jien flimkien ma’ Philippa, u it-team tal-production ħdimna biex ġimgħa wara ġimgha urejniekom naħat differenti ta’ Lisa.”



Hi rringrazzjat lil diversi persuni li kienu hemm għaliha matul dan il-vjaġġ u żiedet tgħid, “Ma nistax ma ngħidx grazzi lil familti u sħabi għas-sapport never-ending tagħhom. Dejjem imbuttajtuni ‘l quddiem u napprezzakom ħafna. Kemm jien grata li għandi daqshekk sapport mingħandkom. Din ir-rebħa hi l-bidu biss. Grazzi.”



Nawgurawlha mill-qalb. Tassew kien jixirqilha din ir-rebħa!



Ritratti:

Facebook / Lisa Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI