Fuq il-paġna uffiċjali għall-Assoċjazzjoni tal-Piloti Maltin, l-assoċjazzjoni tawgura lil Francis Scerri li wara 35 sena, qiegħed jirtira mill-karriera ta’ pilota.
Huma kitbulu, “Il-Kaptan Francis Scerri – 35 sena ta’ servizz. Din il-ġimgħa, il-Kaptan Francis Scerri kellu t-titjira finali tiegħu fejn temm 35 sena straordinarja ta’ karriera mal-airline nazzjonali ta’ Malta. 35 sena ta’ titjir sigur, 19-il sena jgħallem ġenerazzjonijiet ta’ piloti. Numru ta’ passiġġieri li nġiebu lura d-dar qawwijin u sħaħ.”
Żiedu jgħidu, “Id-dedikazzjoni tiegħu lejn is-sigurezza u l-eċċellenza ħalliet marka speċjali fuq il-komunita` tal-avjazzjoni. Grazzi għal 35 sena ta’ servizz.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu għal din il-ġurnata tant mistennija u nirringrazzjawh ta’ kemm-il passiġġier wassal u ta’ kemm-il pilota għallem f’ħajtu. Tassew jixraqlu jgawdi dawn is-snin li ġejjin.
Facebook / Airline Pilots Association Malta – ALPA