L-ambaxxatur ta’ Malta fil-JESC 2024, Ramires Sciberras, din is-sena reġa’ rrappreżenta lill-pajjiż billi qara l-voti tal-ġurija Maltija fil-JESC 2025.
Hu esprima kemm fissret għalih din l-esperjenza.
“Għadni nitbissem wara din l-esperjenza inkredibbli. Ninsab kuntentissimu u onorat li qrajt il-voti ta’ Malta għall-Junior Eurovision Song Contest 2025. Li nirrappreżenta lil pajjiżi fuq palk daqshekk prestiġjuż hija xi ħaġa li se ngħożż għal dejjem.”
Ramires jifraħ lil Eliza Borg li tat prestazzjoni mill-isbaħ f’isem Malta fuq il-palk ta’ Tbilisi, il-Ġorġja.
Prosit bħal dejjem Ramires!