Għaliex Id-Depożiti B’Terminu Fiss Jibqgħu Għażla Għaqlija Għal Dawk Li Jfaddlu

Me Direct Main Image

F’dinja fejn is-swieq finanzjarji jistgħu jkunu volatili u t-tentazzjonijiet biex tonfoq qatt ma jkunu ’l bogħod, ħafna persuni li jixtiequ jfaddlu, japprezzaw soluzzjonijiet li joffru ċertezza, dixxiplina u serħan tal-moħħ.

Huwa għalhekk li d-Depożiti b’Terminu Fiss (jew kif inhu magħruf f’Malta – Fixed Depsoits) jibqgħu wieħed mill-aktar prodotti popolari biex tkabbar it-tfaddil tiegħek.

Tfaddil sempliċi

Depożitu b’Terminu Fiss huwa prodott tat-tfaddil sempliċi li jippermettilek tiddepożita flus għal żmien fiss waqt li tingħata rata ta’ imgħax fissa u garantita.

Mill-mument li jinfetaħ il-kont, tkun taf eżattament x’interessi se tirċievi matul iż-żmien li inti torbot il-flus fih, u b’hekk ikun aktar faċli li tippjana bil-quddiem u taħdem lejn il-miri finanzjarji tiegħek b’ċertezza.

Żid id-dixxiplina fit-tfaddil tiegħek

Wieħed mill-benefiċċji ewlenin ta’ Depożitu b’Terminu Fiss huwa li jgħinek iżżomm dixxiplina bi flusek.

Billi mhux se jkollok aċċess għall-flus li se tħallihom għall-perjodu miftiehem, se jgħinek tnaqqas it-tentazzjoni li kieku tista’ tonfoq dawn il-flus, li kieku mhumiex marbutin.

Kemm jekk qed tibni riżerva finanzjarja għal xi emerġenza, jew qed tippjana xi xiri ta’ xi ħaġa important għalik, jew biex tappoġġja l-futur tal-familja tiegħek jew sempliċement qed tfittex li tagħmel użu aħjar minn fondi żejda, dan l-approċċ strutturat għat-tfaddil jista’ jagħmel differenza sinifikanti għalik.

Tfaddil stabbli u sigur

Depożiti b’Terminu Fiss huma wkoll apprezzati għall-istabbiltà li joffru. B’differenza minn prodotti ta’ investiment li l-valur tagħhom jista’ jiżdied jew jonqos skont il-movimenti tas-suq, Depożitu b’Terminu Fiss joffri imgħax fiss għat-tul kollu taż-żmien li inti torbot il-flus.

Din iċ-ċertezza tista’ tkun partikolarment attraenti għal dawk li jixtiequ riżultat ċar u prevedibbli mit-tfaddil tagħhom. Tkun taf ir-rata tal-imgħax u allura tkun taf eżatt x’interessi se ddaħħal.

Għal ħafna nies, is-sigurtà hija daqstant importanti. L-għażla ta’ bank Malti ta’ reputazzjoni tajba bħal MeDirect tippermetti lil dawk li jfaddlu jżommu flushom viċin ta’ darhom filwaqt li jibbenefikaw mis-salvagwardji bankarji stabbiliti u s-superviżjoni regolatorja, inkluża dik tal-MFSA.

Li tkun taf li t-tfaddil tiegħek huwa miżmum ma’ bank liċenzjat u regolat f’Malta jista’ jagħtik aktar serħan il-moħħ waqt li taħdem biex tilħaq l-objettivi finanzjarji tiegħek.

Is-soluzzjonijiet sempliċi tat-tfaddil ta’ MeDirect

Bħala bank, MeDirect jemmnu li t-tfaddil għandu jkun sempliċi, trasparenti u ta’ benefiċċju. Bħala l-bank diġitali ewlieni f’Malta għat-tfaddil u l-investimenti, noffru firxa ta’ għażliet ta’ Depożiti b’Terminu Fiss imfassla biex jgħinu lill-klijenti jagħmlu l-aħjar użu minn flushom filwaqt li jżommu l-flessibbiltà li jagħżlu terminu li jaqbel mal-ħtiġijiet tagħhom.

Kemm jekk qed tieħu l-ewwel pass biex tibni t-tfaddil tiegħek jew qed tfittex post li tista’ tafda fejn iżżomm fondi li diġà akkumulajt, Depożitu b’Terminu Fiss jista’ jkun mod effettiv biex tgħaqqad dixxiplina finanzjarja mal-kunfidenza ta’ imgħax garantit.

F’dinja finanzjarja li dejjem qed issir aktar kumplessa, xi kultant xi ħagġa bħal Fixed Deposit tibqa’ waħda mill-aktar għażliet għaqlin.

Iftaħ id-Depożitu b’Terminu Fiss tiegħek illum

Biex tiftaħ kont ta’ Depożitu b’Terminu Fiss, il-klijenti jistgħu jidħlu fil-mobile app ta’ MeDirect jew fil-pjattaforma tal-online banking, jagħżlu “Open an Account” u jsegwu l-passi sempliċi biex jagħżlu d-Depożitu b’Terminu Fiss tal-għażla tagħhom.

Klijenti li jixtiequ jiftħu kont personalment jistgħu jagħmlu dan billi jikkuntattjaw il-fergħat tagħna f’Tas-Sliema u Għawdex biex jibbukkjaw appuntament.

Ir-rata tal-imgħax indikata hija grossa qabel it-taxxa u kkalkulata fuq bażi annwali. L-imgħax jitħallas f'kont tat-tfaddil kull xahar, kull tliet xhur, kull sitt xhur jew kull sena. L-għażliet disponibbli għall-ħlas tal-imgħax jistgħu jvarjaw skont it-terminu u l-ammont depożitat.

il-kontijiet jistgħu jinfetħu b’depożitu minimu ta’ €100 u d-depożitu irid jinżamm fil-kont għat-tul kollu tal-perjodu miftiehem. Għalhekk ma jkollokx aċċess għal dawn il-flus matul dan il-perjodu.

Jekk tagħmel ġbid mill-kont qabel jintemm it-terminu tiegħu, ir-rata tal-imgħax indikata ma tintlaħaqx. Japplikaw it-Termini u l-Kundizzjonijiet, li huma disponibbli meta jintalbu.

MeDirect Bank (Malta) plc, bin-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija C34125, huwa regolat mill-MFSA u liċenzjat biex iwettaq negozju bankarju skont l-Att dwar il-Banek (Kap. 371).

Il-Bank jipparteċipa fl-Iskema ta' Kumpens għad-Depożitanti, imwaqqfa skont il-liġijiet ta' Malta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI