Għaliex L-Artisti Lokali Jftixxu L-Bżonn Li Jimirħu Barra Mill-Pajjiżi – James Ryder Għandu R-Risposta!

Il-komiku James Ryder, parti minn The Boys li aktar ma jmur aktar qed isiru popolari fuq TikTik xeħet status li wieħed taf jaraħ kontroversjali mmens. Status li jiddiskuti t-talent lokali u r-raġuni għala jispiċċa jfittex l-opportunitajiet barra minn xtutna.





James jikteb, “Jekk trid tkun taf għaliex l-artisti apiranti Maltin iħossu l-ħtieġa li jitilqu mill-pajjiż biex isibu opportunitajiet, jekk jogħġbok ara l-episodju tal-lejl li għadda ta’ Malta’s Got Talent.”



Meta wieħed jara l-kummenti li kellu dan l-istatus u anke ix-shares li kellu jidher li ħafna jaqblu ma’ dak li qal James. Ir-riżultat tal-bieraħ fl-aħħar mill-aħħar kien l-għażla tal-pubbliku u t-tgergir fuq Facebook żgur mhu ħa jwassal imkien.

Importanti li fil-ġimagħtejn li ġejjin dak li jkun għandu jaqbad it-telefon u jivvota għal min jaħseb ħaqqu jirbaħ Malta’s Got Talent!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI