Kif ħabbarna aktar kmieni dalgħodu, illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi u xandara Josephine Zammit Cordina u ma setax jonqos li f’dan il-jum ma tawguralhiex Eileen Montesin li għal tant u tant snin ħadmet mill-qrib ma’ Josephine.
Eileen tiddiskreviha bħala, “waħda mill-aqwa atturi li qatt kellu pajjiżna.” Filwaqt li tkompli billi taqsam uħud mill-avventuri li kellhom flimkien fuq il-palk u fuq it-televiżjoni, “Kif qatt nista’ ninsa it-tieġ ta’ Karmena Abdilla, 10 sensiliet ta’ Becky, żewġ sensiliet ta’ KC u s-sensiela Deja Vu.”
Eileen tkomlpi tgħid, “Għalija ma kienx biss pjaċir li kelli fit-tim tiegħi lil Josephine, imma kien unur u privileġġ. Inħobbok għal dejjem Josephine.”
Facebook / Eileen Montesin