Il-Kantanta Lokali Dorothy Bezzina Tiċċelebra Għeluq Sninha

Illum il-kantanta lokali Dorothy Bezzina tiċċelebra għeluq sninha. Dorothy hija l-kbira mill-aħwa Bezzina u rajnieha f'diversi spettakli lokali, minn festivals għall-produzzjonijiet teatrali u kunċerti. Ħafna saru jafu lil Dorothy permezz tal-ewwel edizzjoni tal-programm L-Isfida fejn kienet spiċċat fit-tieni post.

Dorothy rnexxielha tasal fil-finali tal-Malta Eurovision erba' darbiet, tliet darbiet bħala solista, bil-kanzunetti Moment, Autobiography u Starting from the End. Hi kienet ħadet sehem għall-ewwel darba fil-finali tal-MESC, flimkien ma' Victorio Gauci, bil-kanzunetta Promises.

It-tim ta' Gwida.mt jawgura lil Dorothy l-isbaħ xewqat u nittamaw li nkomplu nisimgħuha ssaħħarna bil-vuċi mill-isbaħ tagħha!

Ritratt:

Facebook/ Dorothy Bezzina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI