Storja li bdiet minn ħolma ta’ erba’ rġiel u li, 80 sena wara, għadha tkompli tagħti l-frott tagħha. L-Iskola ta' St Michael, qed tiċċelebra anniversarju importanti, hekk kif proprju fl-4 ta’ Novembru 1946 fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel darba.
Kollox beda meta erba’ ħaddiema tat-Tarzna, Toni Agius, Ġużeppi Carbone, Leli D’Amato u Lorry Farrugia, iddeċidew li jħallu x-xogħol tagħhom biex jagħmlu pass kuraġġuż u jwettqu l-ħolma li jwaqqfu skola ġdida. Minkejja l-isfidi u l-inċertezzi, bl-entużjażmu u d-determinazzjoni tagħhom twieldet l-Iskola St Michael.
L-ewwel studenti bdew jitgħallmu f’Villa Violette, fil-Marsa, sakemm ftit snin wara nbniet l-iskola f’Santa Venera, li saret dar għal tant ġenerazzjonijiet ta’ studenti.
F’dan l-anniversarju, il-komunità tal-iskola qed tħares lura lejn dawn it-tmien deċennji b’gratitudni lejn l-edukaturi, l-istudenti u l-familji kollha li għamlu parti minn din l-istorja.
Tmenin sena ta’ memorji, tagħlim, ħbiberiji u dedikazzjoni li jixhdu kif ħolma żgħira tista’ tinbidel f’wirt li jibqa’ jgħix minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Facebook/St.Michael School