“Għall-Aħħar Darba Nużaw Il-Frażi ‘L-Aħbarijiet Tat-Tmienja Fuq Television Malta.’” – Massimo Axisa

Il-ġurnalist u xandar lokali, Massimo Axisa, ilbieraħ filgħaxija tella’ post fejn qal, “Illum għall-aħħar darba nużaw il-frażi ‘l-aħbarijiet tat-tmienja fuq Television Malta.’ Dan hekk kif minn għada l-aħbarijiet se jkunu qed jixxandru fl-istess waqt fuq TVM u fuq l-istazzjon il-ġdid, TVM News+.”

Ilbieraħ infatti waqt l-aħbarijiet ġie żvelata wkoll id-dehra l-ġdida tal-aħbarijiet għall-istaġun li jmiss. Dehra kemxejn differenti li żgur li ħa tolqot l-għajn tat-telespettaturi ta’ TVM u TVM News+.

Aħna nawguraw lit-tim kollu l-isbaħ xewqat u nawgurawlhom il-ħidma t-tajba.

Andrea Rossitto – Facebook / Massimo Axisa







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI