Għall-ewwel darba wara 26 sena, bis-saħħa tal-kanzunetta BELLA, l-ilsien Malti se jkun qed jerġa’ jsib ruħu fuq il-palk tal-Eurovision.
Dan hekk kif l-aħħar darba li l-lingwa Maltija kienet parti mil-lirika ta’ kanzunetta li rrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest kien proprju fis-sena 2000 meta Claudette inkludiet tlett versi bil-Malti fil-kanzunetta ‘Desire’.
Mistoqsi dwar dan, AIDAN sostna li jeħtieġ li jseħħ kull sforz sabiex l-ilsien Malti jiġi ppriservat u kemm jista’ jkun mgħallem lit-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum il-ġurnata.
Fisser kif għalkemm il-lingwa Maltija taf l-għeruq tagħha f’popolazzjoni ċkejkna ta’ madwar 500,000 ruħ, madankollu matul is-snin irnexxielha tinxtered mal-erba’ rkejjen tad-dinja hekk kif illum il-ġurnata hija mitkellma minn uħud fl-Ingilterra, fil-Kanada u saħansitra fl-Awstralja.
Nawguraw lil AIDAN kull suċċess fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej!
YouTube / Eurovision OLD u Instagram / Eurovision Malta