"Għamilt Milied Nibki" – Claire Agius Ordway Taqsam L-Esperjenza Tagħha Fuq Illum Ma' Steph!

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, Claire Agius Ordway kienet waħda mill-mistiedna ta’ Stephanie minħabba li ħa tkun waħda mill-preżentaturi ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija. Fil-bidu tal-intervista, Steph staqsiet lil Claire dwar il-pandemija, kif affetwatha lilha u anke lill-familja.





Claire, tistqarr li għamlet Milied tibki minħabba l-fatt li għandha t-tifel il-kbir jgħix barra minn Malta. Hi tgħid li ta’ 18-il sena mar jistudja barra, hi tgħid meta telaq bkiet ħafna imma l-agħar ħaġa kienet li meta ġie fis-sajf. Minn ħmistax, hu spiċċa għamel Malta kważi sal-Milied minħabba li gravaw l-affarijiet.

Claire tgħid li ġiet tajba minn banda għax gawdietu aktar iżda tammetti li ġietha agħar għax telaq fit-23 ta’ Diċembru. Hi tgħid li kienet bejn ħaltejn għax xtaqitu jibqa’ hawn iżda kienet taf kemm jixtieq imur lura. Hi tistqarr li kienet iebsa għax fil-Milied kulħadd imur lura d-dar u ħasset li qed tibagħtu ‘l bogħod minn Malta.

Naħseb kull omm tista’ tifhem dak li ħasset Claire, speċjalment fi żmien li ħafna familja jkunu flimkien. Wieħed jista’ jsegwi l-intervista billi jidħol HAWN.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI