Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, l-MP Ramona Attard awgurat lill-ħabiba tal-qalb tagħha f’għeluq sninha.
Hi kitbitilha, “Għandi żewġ ħuti, waħda tad-demm iż-żgħira tagħna u l-oħra li saret familja wara aktar minn 30 sena ta’ ħbiberija. Kemm ġrajjiet u avventuri flimkien. Anke fl-aktar mumenti iebsin insibu fuq xiex nidħku. Dak hu l-coping mechanism tagħna u dak hu wieħed mill-aktar affarijiet li jgħaqqadna. Nawguralek Charmaine Cucciardi dak kollu li tixtieq f’għeluq żmienek.”
Dan il-messaġġ jirrifletti kif ħbiberija ġenwina tista’ tifjorixxi f’relazzjoni ta’ familja. Permezz ta’ dawn il-kelmtejn, Ramona tesprimi l-apprezzament tagħha lejn din il-ħabiba, li dejjem sabitha hemm għaliha fi żminijiet diffiċli.
F’isem Gwida.mt, nawgurawlha l-isbaħ xewqat!
Facebook / Ramona Attard