Il-Kaboċċ dalgħodu fuq il-grupp Il-Kaboċċ u X-Xwejħa xeħet li tawh multa għax ma kienx liebes il-maskra sewwa. Hu beda billi qal, “Għax trid ma tgħid xej… Mela jien naħdem grass cutter. Kont ili biss 10 minuti li qbadt naħdem u anqas f’100 metru ma kien hemm nies ħdejja għax waħdi f’daħna tal mutur naħdem.”
Ikompli billi jispjega eżatt l-affarijiet, “Iwwaqqafni warden u qalli għala għandek nofs imnieħrek mikxuf (neħlef li nofs imnieħri) u jien m’għandix għalfejn nigdeb u ħsibt ili tal-LESA ħa jarah li każ ġenwin. Għidtlu għax ġieli nniżżlu sa nofs imnieħri biex jiċċarali n-nuċċali għax ma nara xejn u bħalisa qed naħdem fejn il-karrozi u ntajjar skoss ġebel jekk ma narax sew x’jien nagħmel.”
Il-Kaboċċ jagħlaq billi jgħid, “Insomma u tahieli xorta… M’għandi xejn kontra l-warden għax jidher raġel OK imma għandhom jiddistingwixxu ċertu każi – min hu ġenwin u min bi qżież…” Hu jagħmel appell biex dak li jkun joqgħod moħħu hemm u ma jpaxxi lil ħadd.
Facebook / Christopher Il Kabocc