Din it-tfajla għadha kif irċeviet l-ewwel paga tagħha wara li b’suċċess temmet l-istudju tagħha, iżda f’ġest kbir ta’ altruwiżmu, għażlet li tagħti l-paga tagħha lil Puttinu Cares.
Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu kitbulha, “L-ewwel paga b’qalb kbira! Prosit kbira lil Kyra Azzopardi, li wara li temmet b’suċċess l-eżamijiet universitarji tagħha, għażlet li tagħmel l-ewwel paga tagħha differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor. Minflok nefqitha fuqha nnifisha, Kyra ħejjiet activity bags għat-tfal ta’ Puttinu. Kyra, grazzi mill-qalb tal-ġenerożità, il-ħsieb sabiħ u l-qalb kbira tiegħek. Int eżempju mill-isbaħ. Nawgurawlek kull suċċess fil-karriera tiegħek.”
Prosit Kyra! Dan il-ġest għandu jkun ta’ eżempju għalina lkoll, biex ikollna qalb tajba u nghinu lil ħaddieħor.
Facebook / Puttinu Cares