Shanel De Battista għexet b’entużjażmu u emozzjoni ċ-ċelebrazzjoni tal-40 sena tagħha, li ddeskriviet bħala waħda mill-isbaħ ġranet li qatt setgħet toħlom bihom.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Shanel qalet li kienet tixtieq terġa’ tgħix dak il-jum kemm-il darba, hekk kif qasmet il-ferħ tagħha mal-familja u l-ħbieb li bis-saħħa tagħha ħassha maħbuba.
Hi esprimiet il-gratitudni tagħha lejn kull persuna li kienet parti minn din il-memorja sabiħa u li kkontribwixxiet biex għeluq sninha jkun tassew indimentikabbli.
B’entużjażmu, temmet il-messaġġ tagħha bi ħsieb pożittiv dwar dan il-kapitlu ġdid f’ħajjitha, hekk kif kitbet li “l-40 qed tidher tajjeb”; sinjal li qed tilqa’ l-40 sena tagħha b'ottimiżmu.
Nawgurawlek Shanel!