Il-preżentatur Joseph Agius qasam messaġġ mimli mħabba, gratitudni u apprezzament lil ommu, Melita Agius, f’okkażjoni speċjali ħafna — għeluq is-66 sena tagħha.
Joseph qasam messaġġ mill-qalb li fih ried jesprimi kemm hu diffiċli jsib kliem biżżejjed biex jirringrazzja lil ommu għal dak kollu li għamlet u għadha tagħmel għall-familja.
“Ngħidlek kemm ngħidlek grazzi, xorta qatt ma jkun biżżejjed għal dak kollu li għamilt u għadek tagħmel magħna,” kiteb Joseph, filwaqt li fakkar kif tul ħajjitha ommu dejjem poġġiet lill-familja l-ewwel.
Huwa rrikonoxxa s-sagrifiċċji kollha li għamlet matul is-snin, fosthom ix-xogħol u l-isforzi tagħha biex uliedha jkunu kuntenti u ma jonqoshom xejn.
F’għeluq is-66 sena tagħha, Joseph xtaqilha mhux biss birthday mill-isbaħ, iżda wkoll dak kollu li tixtieq qalbha.
“Saħħa, paċi, ferħ u ħafna mħabba... Wara 66 sena, wasal iż-żmien ukoll li tibda taħseb naqra fik innifsek u titgħallem tieħu break u tistrieħ ftit," jiktbilha Joseph.
Awguri!