Il-kantant lokali Ivan Grech kiteb messaġġ fuq il-paġna tiegħu biex iqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali.
Hu spjega, “Xi kultant ħajjitna teħel f’mument li joħodna f’post mudlam, fażi kerha, mhux dejjem ikun hemm raġuni. Tigri lil kważi kulħadd f’xi mument jew ieħor, kważi ħadd ma jeħlisha. Fuq ftit minna tidher, fuq oħrajn ma tidhirx.”
Żied jgħid, “Tħossokx waħdek ghax mintix. Fittex l-għajnuna f’dawk li tafda, u jekk hemm bżonn, anke għajnuna professjonali. Tħossx mistħija jew biża’. B’xi mod jew ieħor tiġri lilna lkoll. Irridu nkunu hemm għal min ikun għaddej minn dawn il-fażijiet, mhux nippruvaw innaqsulhom l-importanza jew ngħidulhom joħorġu minnha. Xi kultant, xi ħadd li jisma’ u jifhem huwa biżżejjed biex jgħin.”
Nirringrazzjawh għal dan il-kliem ta’ faraġ.
Facebook / Ivan Grech