“Fl-Aħħar Żammejt Lil Bintna Emma F’Dirgħajja. M’Hemmx Kliem Biex Niddeskrivi L-Emozzjoni” – Sergio Mallia

Sergio u Diana

Is-16 ta' Settembru kienet ġurnata memorabbli għal Sergio Mallia u għal Diana Cilia meta qalu l-‘iva’ tagħhom lil xulxin. U fid-data tal-lum, inqas minn xahar wara d-data taż-żwieġ, huma saru ġenituri.

Ftit tal-ħin ilu qasam messaġġ fuq il-paġna tiegħu fejn esprima l-emozzjonijiet wara din l-okkażjoni speċjali.

"Wara tant stennija, ħolm, tama u talb, fl-aħħar żammejt lil bintna Emma f'dirgħajja. M’hemmx kliem biex niddeskrivi l-emozzjonijiet. Hi dak kollu li qatt ħlomna bih, u aktar. Iżda llum, qalbi hi mimlija wkoll b’ammirazzjoni kbira lejn l-omm inkredibbli, Diana."

Nifirħulhom f'dan il-jum speċjali!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI