Ġiġi’s Lunch Wasal Fil-Ħwienet Tal-Maypole – U T-Tfal Jistgħu Jiġbru 16-il Stickers Biex Jirbħu Ġiġi Plushie!

Hekk kif tibda sena skolastika ġdida, jerġa’ jasal ukoll il-ħsieb ta’ x’se nippreparaw fil-lunchbox tat-tfal kuljum. Din is-sena, Maypole qed tagħmel il-ħin tal-ikel ftit aktar faċli għall-ġenituri u aktar divertenti għat-tfal bil-Ġiġi’s Lunch! 

Għal €3.25 biss, Ġiġi’s Lunch se jkun disponibbli mill-ħwienet kollha ta’ Maypole u jinkludi għażla ta’ żewġ Bullet Rolls, Mini Muffin u sticker ta’ Ġiġi.

It-tfal jistgħu jagħżlu bejn tliet tipi ta’ Bullet Rolls: Tuna & Kunserva, Egg Mayo jew Ham & Cheese, filwaqt li għall-Mini Muffin hemm għażla bejn Carrot, Banana jew Date.

Imma l-gost ma jieqafx mal-lunch!  Ma’ kull Ġiġi’s Lunch tingħata sticker ta’ Ġiġi, b’total ta’ 16-il sticker differenti x’jinġabru.

It-tfal jistgħu wkoll jiġbru Ġiġi’s Activity Book b’xejn minn kwalunkwe ħanut Maypole u jwaħħlu fih l-istickers li jsibu ma’ kull lunch. L-għan hu li jiġbru s-16-il sticker kollha u jimlew il-ktieb tagħhom.

U hemm sorpriża ħelwa tistenniehom meta jirnexxielhom!  Meta jiġbru s-16-il sticker kollha, jistgħu jieħdu l-Activity Book mimli f’kwalunkwe ħanut Maypole. Wara li l-kollezzjoni tiġi kkonfermata, jingħataw Ġiġi Plushie b’xejn!

Kemm jekk għal-lunchbox tal-iskola, snack wara l-iskola jew xi ħaġa tajba matul il-ġurnata, Ġiġi’s Lunch qed iġib miegħu taħlita ta’ ikel, divertiment u xi ħaġa li t-tfal jistgħu jibqgħu jiġbru kull darba.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI