Lyndsay Pace Tirbaħ Il-Premju Ta’ L-Aqwa Kanzunetta Originali Waqt Sofia Grand Prix Fil-Bulgarija

Lyndsay Pace

Il-kantawtrici Maltija Lyndsay Pace tkompli tikseb suċċess fix-xena internazzjonali hekk kif il-kanzunetta tagħha “Fireproof” rebħet il-premju ta’ L-Aqwa Kanzunetta Originali fil-festival ta’ Sofia Grand Prix Festival li sar f’Sofia, il-Bulgarija.

Lyndsay irrappreżentat lil Malta f’dan il-festival internazzjonali fejn tellgħet fuq il-palk il-kanzunetta “Fireproof” b'prestazzjoni li kompliet turi t-talent u l-passjoni tagħha għall-mużika.

Il-kanzunetta, li kienet ukoll l-entrata tagħha fil-Malta Eurovision Song Contest fl-2024, issa kisbet rikonoxximent internazzjonali ieħor importanti.

Dan il-premju jiġi wara sena mimlija esperjenzi u kisbiet għal Lyndsay u jkompli jibni fuq il-vjaġġ tagħha lil hinn minn xtutna.

Għal artista Maltija, li tirċievi rikonoxximent bħal dan f’festival internazzjonali fil-Bulgarija huwa mument ta’ sodisfazzjon kbir u opportunità biex il-mużika Maltija tkompli tilħaq udjenzi ġodda.

“Fireproof” hija kanzunetta li titkellem dwar is-saħħa, ir-reżiljenza u l-kuraġġ li tibqa’ temmen fik innifsek, messaġġ li Lyndsay ġarret magħha fuq il-palk ta’ Sofia.

Din ir-rebha timmarka kapitlu ieħor importanti fil-karriera ta’ Lyndsay hekk kif tkompli taħdem fuq proġetti ġodda u tirrappreżenta lil Malta permezz tal-mużika tagħha fuq livell internazzjonali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI