“Ippjana L-Vjaġġ Tiegħek Minn Qabel U Uża Rotta Alternattiva Minn Triq Reġjonali, L-Imsida.” – Twissija Għas-Sewwieqa

Toroq Maltin

Infrastructure Malta ħabbret li matul il-lejl tal-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju 2026, bejn it-20:00 u l-05:00, se tingħalaq il-karreġġjata ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli mir-roundabout tal-Qroqq fid-direzzjoni tal-Imsida.

Dan l-għeluq temporanju huwa meħtieġ sabiex jitpoġġew pannelli mal-ħitan tat-triq bħala parti minn xogħlijiet infrastrutturali li qed isiru fiż-żona.

L-awtoritajiet qed jappellaw lis-sewwieqa sabiex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel u jużaw rotta alternattiva minn Triq Reġjonali, l-Imsida, biex jevitaw dewmien u konġestjoni tat-traffiku.

Infrastructure Malta rringrazzjat lill-pubbliku tal-koperazzjoni u l-paċenzja waqt li qed jitwettqu dawn ix-xogħlijiet matul il-lejl.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI