Wara li l-isplużjoni li seħħet il-Magħtab nhar it-Tnejn li għadda ġiet irrappurtata mill-aħbarijiet internazzjonali, mhux biss f’pajjiżna iżda wkoll fuq livell Ewropew tqanqal dibattitu sħiħ dwar jekk il-logħob tan-nar għandux jiġi projbit sabiex jiġu evitati inċidenti simili fil-futur.
Bosta Maltin qed isostnu li ma jaqblux ma’ din il-projbizzjoni għaliex saħqu li l-logħob tan-nar huwa parti integrali mill-kultura Maltija. Sostnew li għaldaqstant projbizzjoni ta’ din ix-xorta ċċekken b’mod innaċċettabli l-identità ta’ pajjiżna. Minflok dawk kontra appellaw sabiex ikun hawn limitu ta’ kemm logħob tan-nar jista’ jitħaddem bħala prekawzzjoni.
Kien hemm ukoll min tħaddet favur din il-projbizzjoni u saħħaħ l-argument tiegħu billi rrefera għar-riperkussjonijiet negattivi li l-logħob tan-nar jikkawża, fost oħrajn fuq l-annimali u dawk li jkunu ġejjin minn postijiet ta’ gwerer.
Intom x’taħsbu dwar dan? Taħsbu li l-logħob tan-nar għandu jiġi projbit f’pajjiżna?
Facebook / Ray De Bono u Malta International Fireworks Festival