“Grat Għal Dak Li Għandi F’Ħajti U Li Nista’ Nqatta’ Sena Oħra Mal-Persuna Li Tant Inħobb.” – Kevin Borg

Kevin Borg

Il-kantant lokali Kevin Borg illum jiċċelebra għeluq sninu. Kantant li rajnieh jibrilla kemm lokalment waqt fetivals bħall-Malta Eurovision, kif ukoll fuq livell internazzjonali. Kevin għadu jniedi kanzunetti oriġinali sal-lum, u nistgħu ngħidu li s-suċċess tiegħu qiegħed dejjem jibrilla.

Għall-okkażjoni xtaq jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn kull min awguralu, kif ukoll lejn dik il-persuna li qed jaqsam ħajtu magħha, martu Maria Francesca.

Jinsab tant grat li jqatta’ din l-okkażjoni speċjali f’ħajtu flimkien magħha, u japprezza anke dak kollu li għandu f’ħajtu.

“Grazzi lilkom ilkoll tal-awgurju mill-isbaħ tagħkom. Jiena grat immens għal dak li għandi f’ħajti u li nista’ nqatta’ sena oħra mal-persuna li tant inħobb f’din id-dinja, Marti u s-6 frieħ żgħar tagħna. Nirringrazzjakom tassew tal-appoġġ tagħkom.”

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Kevin! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem għażiż!







Ritratti:

Facebook/ Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI