Żmien Diffiċli Għall-Familja D’Amato

consiglio damato

Aktar kmieni llum, il-Mediterranean College of Sport (MCS) qasmu l-aħbar li sfortunatament ħalliena Consiglio D'Amato, missier Timothy D'Amato, student-atleta fil-Mediterranean College of Sport u plejer ta' Hibernians FC.

"L-komunità kollha tal- Mediterranean College of Sport tinsab maqsuma bin-niket u għadha taħt xokk kbir wara din it-telfa għall-għarrieda," qal il-kulleġġ fl-istqarrija tiegħu.

Il-Mediterranean College of Sport wassal il-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-mara ta' Consiglio, Sara, kif ukoll liż-żewġ uliedhom, Timothy u Luca, filwaqt li stqarr ukoll li jinsabu fil-ħsibijiet u t-talb tagħhom f'dawn il-mumenti diffiċli.

Messaġġ partikolari kien indirizzat lil Timothy, fejn il-kulleġġ sostna li l-familja tal- Mediterranean College of Sport se tibqa' tappoġġjah u tkun miegħu f'kull pass. Fl-istess stqarrija ntqal li Consiglio se jibqa' mfakkar b'għożża minn dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jafuh.

Kondoljanzi lill-familja kollha f’dan il-mument diffiċli.

Ritratti: Instagram/The Mediterranean College of Sport, Facebook/ Sabienne Muscat D'Amato

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI