Angela Agius, permezz tal-paġna tal-programm Niskata tikteb, “Bongu ħbieb! Grazzi ħafna lil kull min għamel kuntatt miegħi f’dawn il-jiem biex jawguralni fejqan. Napprezza ħafna kull messaġġ u l-ħlewwa ta’ kliemkom li bgħattuli, tgħiduli li qed tħossu n-nuqqas tiegħi. Grazzi immens.”
Hi tkompli billi tgħid, “Kif jgħid il-Malti, kull bidu għandu tmiem! Illum se tiġi fi tmiemha l-iskeda u s-16-il edizzjoni ta’ Niskata. Illum se nagħmel minn kollox biex inkun hemm flimkien ma’ Brian. Segwuna għax illum Niskata se jkun kollu sorpriżi!”
Nittamaw li tkompli tħossok aħjar Angela. It-telespettaturi żgur li ħassew in-nuqqas tiegħek, minkejja li l-programm kien f’idejn tajba grazzi għal Brian.
Facebook / Niskata