Il-Membru Parlamentari Toni Bezzina iħalli messaġġ mill-qalb f’jum l-anniversarju tiegħu u tal-mara tiegħu Josette. Hu rringrazzjaha għall-paċenzja, is-sagrifiċċji u l-imħabba bla qies li dejjem wriet tul il-vjaġġ tagħhom flimkien. F’messaġġ b’għożża, awgura li jkunu mogħnija b’aktar snin ta’ mħabba u għaqda.
“Għaddew 31 sena mill-ġurnata fejn għidna ‘is-signor si’ …… qisu lbieraħ. Grazzi Josette tas-sagrifiċċji, imħabba u paċenzja kontinwa tiegħek.
Jalla l-Bambin itina x-xorti nixjieħu flimkien u ngawdu aktar lil xulxin.”
Awguri mill-qalb mit-team ta’ Gwida.mt f’dan il-jum speċjali tagħkom it-tnejn.