Illum il-preżentatriċi tar-radju Ylenia Testa Spiteri qed tiċċelebra l-età ta’ 31 sena. Il-vuċi tagħha hu wieħed magħruf fost bosta semmiegħa tar-radju hekk kif flimkien ma’ żewġha l-preżentatur Daniel Testa, huma jippreżentaw il-Magic Drive fuq l-istazzjon tar-radju 91.7 Magic Malta.
Fuq il-midja soċjali Ylenia fissret kemm hi ferħana li qed tqatta’ jum għeluq sninha proprju fil-ġenn li jġib miegħu l-Eurovision Song Contest. Stqarret li tinsab fis-seba’ sema li tista’ tesperjenza dan l-ispettaklu mużikali fi Vjenna.
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook / 91.7 Magic Malta