“Grazzi Lil Kull Min Qasam Il-Vjaġġ Miegħi, Kanta Miegħi, Jew Qasam Il-Palk – Għall-Imħabba, Il-Lezzjonijiet, Id-Daħk…” – Neville Refalo

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant lokali Neville, ftit jiem biss wara l-maħbuba tiegħu Corazon. F’dan il-jum, Neville jaqsam ritratt u messaġġ qasir. Messaġġ sabiħ ta’ ringrazzjament għal dawk li kienu u jagħmlu parti minn ħajtu, kemm dik personali u anke l-ħajja tiegħu ta’ artist.

Hu jikteb, “47 illum (ma nidhirhomx ejja). Grazzi lil kull min qasam il-vjaġġ miegħi, kanta miegħi, jew qasam il-palk – għall-imħabba, il-lezzjonijiet, id-daħk, u anke għat-tibdiliet mhux mistennija f’din l-istorja. Intom għentuni nsawwar l-istorja sempliċi tiegħi, u nibqa’ dejjem grat għal kull xena.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż. Nittamaw li jkollu sena pożittiva mimlija saħħa, hena u kuntentizza. Awguri mill-qalb Neville!





Facebook / Neville Refalo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI