F’messaġġ qasir iżda mimli mħabba, il-Membru Parlamentari, Michael Piccinino, wassal l-awguri tiegħu lil Michela f’għeluq sninha, b’kelma li tfisser ħafna aktar minn sempliċi “awgurju”.
Michael irringrazzjaha talli dejjem kienet maġenbu u talli tat l-appoġġ tagħha f’kull mument. Kliemu juri kemm japprezza l-preżenza tagħha f’ħajtu u kemm huwa grat għall-persuna li tibqa’ hemm, kemm fil-mumenti sbieħ kif ukoll f’dawk aktar diffiċli, tant illi kiteb, “Grazzi talli dejjem kont maġenbi u tappoġġjani. Dejjem grat. Inħobbok.”
It-Tim ta' Gwida.mt ukoll jixtieq jawgura lil Michela f'dan il-jum speċjali u jalla din il-ġurnata tkun mimlija ferħ, imħabba u mumenti sbieħ li jibqgħu f’qalbha għal dejjem.
Facebook/Michael Piccinino