Il-Kantanta Lokali Chiara Siracusa Qed Tiċċelebra Għeluq Il-50 Sena

Il-kantanta Maltija Chiara Siracusa llum qed tiċċelebra mument tassew speċjali hekk kif tagħlaq 50 sena.

Chiara twieldet fil-25 ta’ Settembru 1976 u tul is-snin saret waħda mill-aktar vuċijiet magħrufa u maħbuba fix-xena mużikali Maltija. Il-vjaġġ tagħha beda minn kmieni, fosthom bil-parteċipazzjoni tagħha f’L-Għanja tal-Poplu fl-1995 bil-kanzunetta Ismagħni Ftit Ħabib. Tliet snin wara rebħet il-Malta Song for Europe b’The One That I Love u rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision, fejn kisbet it-tielet post.

Fl-2005 reġgħet rebħet il-festival Malti b’Angel, kanzunetta miktuba minnha stess, u kisbet it-tieni post fil-Eurovision. Fl-2009 irritornat għall-Eurovision għat-tielet darba b’What If We. Matul il-karriera tagħha kantat ukoll ma’ artisti internazzjonali bħal Leo Sayer u Boney M, u pparteċipat f’kunċert ta’ Michael Bolton f’Malta. Minbarra l-mużika, Chiara hija wkoll omm.

It-Tim ta' Gwida.mt jawgura l-isbaħ xewqat lil Chiara u jalla l-50 sena jkunu l-bidu ta’ kapitlu ġdid mimli saħħa, ferħ, imħabba u, fuq kollox, ħafna aktar mużika.

Ritratti:

Facebook/Chiara Siracusa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI