“Grazzi Minn Qalbna Lil Doris Camilleri Li Organizzat Il-100km Cycling Event” – L-E.T. President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca

L-E.T. President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat lil Doris Camilleri permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha flimkien mal-paġna uffiċjali tal-Malta Trust Foundation.

Hi kitbitilha, “Grazzi minn qalbna lil Doris Camilleri li organizzat il-100km Cycling Event fl-1 ta’ Mejju, li permezz tagħha nġabret is-somma sabiħa ta’ €2,300 b’appoġġ għal The Malta Trust Foundation fil-ħidma tagħha mat-tfal u ż-żgħażagħ!”



Tassew huwa ġest nobbli li żgur ħalla mpatt kbir fuq il-ħajja ta’ diversi persuni għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Għandna nieħu eżempju mill-qalb ġenwina tagħha. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nirringrazzjaw lil Doris Camilleri, kif ukoll lil kull min ħa sehem u ta d-donazzjonijiet tiegħu. Prosit kbira!





Ritratti:

Facecbook / The Malta Trust Foundation

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI