“Ir-Raba’ Anniversarju Mill-Ordinazzjoni Saċerdotali Ta’ Fr Jean Claude Attard” – Parroċċa Marsaskala

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħha, il-Parroċċa ta’ Marsaskala awgurat lil Fr Jean Claude Attard fl-anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.

Fuq il-paġna kitbulu, “Illum ir-raba’ anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali ta’ Fr Jean Claude Attard mill-parroċċa tagħna. Grazzi li weġibt ‘iva’ għas-sejħa li għamillek Ġesu biex tagħti ħajtek għall-knisja u għall-poplu tiegħu. Nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.”

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi ta’ tifħir u ringrazzjament għax-xogħol li għamel fil-komunita` lokali, fosthom kumment li jaqra, ‘Inti teżor għall-knisja u għalina! Grazzi.’



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu f’din il-ġurnata speċjali u nitolbu biex Alla jkompli jżomm idejh fuqu u joffrilu ferm iktar snin ta’ servizz fil-komunita` reliġjuża.





Ritratti:

Facebook / Marsaskala Parish

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI