"Grazzi Mulej" – Dr. Frank Portelli Jħabbar Il-Fejqan Ta' Anzjan Wara Ġimgħat Sħaħ

Ftit ilu fuq il-paġna tiegħu Dr. Frank Portelli xerred aħbar pożittiva li lkoll għandna bżonn nisimgħu bħalissa!

Wara li diversi anzjani qed jiġu nfettati bil-Covid-19 u anke jitilgfu ħajjithom, kulħadd jinsab iddispjaċut u nkwetat. It-tabib Dr. Portelli nnifsu għamel diversi avviżi u appelli biex noqogħdu moħħna hemm biex ma npoġġux ħajjet l-anzjani fil-periklu.

L-irkupru mill-mard però jeżisti wkoll u jidher li anzjan li kien ilu mis-16 ta’ Novembru marid, illum fieq u jinsab ħieles. 





Fil-kummenti Dr. Portelli jikteb anke messaġġ ta’ kuraġġ li jgħid: “Il-Pa għandu 85 sena! Biex nagħmlu kuraġġ”. 

Kemm se ndumu nisimgħu bl-aħbarijiet koroh u mwiet? Kemm ser indumu nitkellmu fuq l-Covid-19 u mard ieħor li qed jaħkimna. Hemm bżonn nagħmlu kuraġġ u nħallu stejjer bħal dawn iqawwulna qalbna. 

Messaġġ bħal dan jagħmlilna kuraġġ biex ma naqtgħux qalbna!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI