L-MP Glenn Bedingfield qasam messaġġ ta’ niket fuq il-paġna uffiċjali tiegħu hekk kif sellem il-memorja ta’ Brian, li ħalliena.
“Grazzi ta’ kemm ferraħtna!” kiteb Bedingfield, filwaqt li fakkar il-karattru li kellu Brian.
Huwa ddeskrivieh bħala persuna b’“karattru uniku, pożittiv u bla filters,” deskrizzjoni ċara li turi l-ferħ u l-enerġija pożittiva li kien iġib miegħu fost dawk ta’ madwaru. Bedingfield temm il-messaġġ tiegħu bi kliem li jiġbor fih id-dieqa għal din it-telfa: “Ħalliena kmieni wisq.”
Min-naħa tagħna nibagħtu l-kondoljanzi lill-familja, qraba u ħbieb ta’ Brian f’dan il-mument tant diffiċli
Facebook/ Glenn Bedingfield