Fuq il-paġna tagħha, Leanne Vella qasmet messaġġ fejn tat l-aħħar tislima mill-qalb lil kuġinuha Gary, fejn fakkret fil-memorji sbieħ li se jibqgħu jgħixu magħha u mal-familja tiegħu.
“Gary, int ħallejtna bil-ġisem, imma l-ispirtu tiegħek jibqa’ magħna għal dejjem,” kitbet Leanne fil-messaġġ tagħha.Hija fissret kif xi drabi l-ħajja ma tagħtiniex it-tweġibiet li nfittxu, iżda tagħtina mumenti u memorji li nibqgħu ngħożżu. Fakkret ukoll lill-familja ta’ Gary sabiex, wara d-dmugħ, tibqa’ tiftakar fil-ferħ, id-daħka u l-karattru b’saħħtu tiegħu.
Leanne żiedet ukoll riflessjoni li ħalliet fuqha din it-telfa: “Ħobb lil dawk ta’ madwarek illum. Mhux għada. Illum. Għax il-ħajja hija rigal, mhux garanzija.”Hija temmet billi rringrazzjat lil kuġinuha għall-memorji li qasmu flimkien u sellmitlu bil-kliem, “Dejjem f’qalbna. Ħobbok.”
Min-naħa ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi lill-ġenituri, l-aħwa, il-qraba u l-ħbieb kollha ta’ Gary f’dan il-mument diffiċli.
Facebook/ Leanne Vella