Claudia Magrin għadha kif esprimiet il-ferħ u s-sodisfazzjon tagħha hekk kif bintha Christina rnexxielha tiggradwa b'First Class Honours. "Naħseb qatt m'int se tifhem kemm aħna kburik," saħqet Claudia.
F'dan il-mument tant speċjali hi rriflettiet dwar episodju fil-passat meta bintha kienet ħadet premju ieħor. L-omm tispjega kif f'dik l-okkażjoni, għalkemm kienet kburija b'bintha, għażlet li ma tikteb xejn pubblikament.
"Bħala ommijiet kultant nassumu li t-tfal se jkunu jafu kemm aħna kburin bihom, imma llum nirrealizza kemm hu importanti li nfissru s-sodisfazzjon u l-kburija tagħna bis-suċċessi tagħhom," spjegat l-omm.
Facebook / Claudia Magrin