Gaetano kiteb messaġġ mill-isbaħ għal persuna importanti f’ħajtu, żewġu Kurt. F’jum twelidu, Gaetano esprima l-imħabba u l-gratitudni lejn Kurt, u kitiblu messaġġ mill-isbaħ.
“HAPPY BIRTHDAY QALBI! Grazzi ta’ kemm inti uniku, ta’ kemm tieħu paċenzja bija u b’li nivvinta! Grazzi talli urejtni x’inhi vera mħabba fit-tajjeb u fil-ħażin, fl-inżul u t-tlajja’. Inħobbok kukkurukku,” jikteb Gaetano.
Xerred diversi ritratti flimkien ma’ Kurt, fosthom l-iżjed mument speċjali f’ħajjithom meta taw kelma lil xulxin u bdew il-vjaġġ tal-ħajja miżżewġa.
Awguri mill-qalb Kurt!