“Grazzi Tal-Appoġġ U L-Imħabba Kollha” – Christian Scerri Lil Martu Emily Fl-Anniversarju Tagħhom

Iż-żeffien u korjografu lokali Christian Scerri qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat lil martu Emily Scerri, hekk kif il-koppja qed tiċċelebra l-anniversarju tagħhom. Christian, li huwa magħruf sew fix-xena lokali taż-żfin u huwa d-direttur ta’ Southville Dancers, għażel li jfakkar din il-ġurnata speċjali bi ftit kliem mimlija mħabba u gratitudni lejn il-persuna li ilu jaqsam ħajtu magħha.

“L-anniversarju t-tajjeb lill-mara sabiħa tiegħi Emily. Grazzi tal-appoġġ u l-imħabba kollha, tal-memorji li ħloqna u ta’ dawk li għad irridu noħolqu,” kiteb Christian. Fil-messaġġ tiegħu, Christian ma naqasx milli jsemmi wkoll l-irwol importanti ta’ Emily bħala omm ta’ binthom, fejn iddeskrivieha bħala l-aqwa omm għat-tifla tagħhom.

Kliem sempliċi iżda mill-qalb, li juri kemm Christian jinsab grat għall-vjaġġ li hu u Emily qasmu flimkien s’issa, kif ukoll għall-memorji kollha li għad għandhom quddiemhom. Nawguraw lil Christian u Emily anniversarju mill-isbaħ u ħafna aktar snin ta’ mħabba, kuntentizza u memorji sbieħ flimkien!

Ritratti:

Facebook / Christian Scerri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI