Illum, Andrew u t-tfajla tiegħu Christie Cachia qed jiċċelebraw mument speċjali flimkien – il-ħames anniversarju tagħhom.
Lil Andrew żgur tafuh mill-band popolari lokali The Travellers, filwaqt li wħud minnkom jaf jagħrfu lil Christie bħala attriċi ta’ talent fix-xena teatrali u televiżiva lokali. Fil-fatt, lil Christie rajnieha wkoll fl-ispettaklu ta’ The Travellers, fejn ħadmet bħala attriċi minbarra l-partijiet tagħha f’diversi produzzjonijiet oħra.
F’dan il-jum għażiż għalihom, Andrew jikteb, “Awguri għall-ħames anniversarju. Grazzi tal-aqwa 5 snin ta’ ħajti. Adam u jien verament kburin bik. Inħobbuk ħafna għax int omm mill-aqwa.”
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nixtiequ nawguraw lil Andrew u lil Christie ħafna aktar snin mimlija mħabba, rispett u ferħ bla tarf. Awguri mill-qalb!
Facebook / Andrew Vella