Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, jaqsam messaġġ u ritratt mal-għażiża ommu. Hu jieħu l-opportunità sabiex jawguraw l-isbaħ xewqat lill-għażiża ommu f’jum għeluq sninha.
Hu jikteb, “F’għeluq snin ommi, minn qalbna nawgurawlha l-isbaħ xewqat! Grazzi tal-imħabba u l-valuri sbieħ li dejjem tgħaddilna!” Ċertament li t-tbissima fuq fommha tixhed il-ferħ li tħoss kull meta tqatta’ ħinha ma’ Roderick.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil ommu l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha; ċertament li tkun imdawra b’dak l-aktar għeżież għaliha huwa l-isbaħ rigal li tista’ tirċievi. Aħna nawgurawlha sena mimlija saħħa, mħabba u hena f’qalbha.