L-attriċi u pjanista brava Eileen Micallef għaddiet l-awgurju tagħha lil żewġha Paul f’għeluq sninu. Eileen kitbitlu, “Nawgura l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu lil għażiż raġel tiegħi Paul. Grazzi talli kont hemm għalina. Inħobbok. U Alla jbierek dejjem, martek Eileen.”
Kull min qiegħed fix-xena tal-ispettaklu jaf l-importanza kbira li għandhom il-familjari, minħabba li kieku ma jkunx għas-sapport kontinwu tagħhom, diffiċli li wieħed ikompli bil-karriera, kemm jekk fil-qasam tal-palk, kemm jekk fuq it-televiżjonu u anke fil-qasam mużikali.
Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lir-raġel ta’ Eileen l-isbaħ xewqat!
Facebook / Eileen Micallef