“Grazzi Talli Tajtna Din Il-Prestazzjoni…” – Lisa Gauci Tibda S-Serata Bit-Tajjeb!

L-ewwel kontestanta għat-tielet staġun ta’ X Factor Malta kienet Lisa Gauci. Lisa kantat kanzunetta li hi fost l-aktar favoriti mad-dinja kollha, Zombie. Ir-reazzjonijiet tal-ġurija kienu pożittivi minnufih.

Il-kummenti;

Filippa u Ivan isemmu minnufih li fiha raw emozzjoni kbira. Ivan qalilha, “Emozzjonajtni. Grazzi talli tajtna din il-prestazzjoni”. Ira Losco U Howard jiddeskrivuha bħala artista kompluta. Howard isemmi kif waqt li kienet tkanta ffukat fuq dak li kienet qed tkanta u fuq xejn aktar.

Lisa kantat b’emozzjoni kbira u jidher li rnexxielha tikkonvinċi lill-ġurija hekk kif l-erba’ li huma tawha IVA.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI