Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-attur lokali maħbub Toni Busutil, li jibqa' magħruf fost l-oħrajn bħala l-vuċi tal-karattri ħelwin ta' Mini u Griż.
Hu kien stabilixxa ruħu fix-xena tal-ispettaklu l-aktar permezz tal-programm MiniBugz, fejn kien parti mit-tfulija ta' diversi li kienu jistennew bil-ħerqa sabiex isegwu lil dawn il-karattri li kien ħoloq u interpreta hu stess.
Toni ħa sehem ukoll f'diversi produzzjonijiet televiżivi popolari fosthom KC u Simpatiċi. Il-karattru li kellu waqt Simpatiċi jibqa' tant għal qalb ħafna, dak ta' Doddy.
Issa fl-iskeda li jmiss Toni ser ikun qed jirritorna fuq it-televiżjoni, din id-darba bħala preżentatur, waqt il-programm Artinu ma' Toninu.
Awguri mill-qalb Toni!
Facebook/ Toni Busuttil